Il-Gvern se joffri protezzjoni legali lis-Sindku ta’ Raħal Ġdid Jason Silvio
Il-Gvern se jkun qed jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-Sindku ta’ Raħal Ġdid, Jason Silvio, jingħata l-protezzjoni legali prevista mil-liġi b’rabta mal-proċeduri ġudizzjarji li nfetħu kontrih. Dan tħabbar wara li saret talba lill-Avukat tal-Istat sabiex jinbdew minnufih il-proċeduri neċessarji biex is-Sindku jkun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni tal-Istat, skont il-leġiżlazzjoni li ddaħħlet ftit aktar minn sena ilu bil-għan…


























































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































































