
Ċappas bil-mard
Hija mod kif tfisser li xi ħadd dam marid għal ammont ta’ żmien. Bħal ngħidu aħna: “Dak ċappas bil-mard, dejjem hekk niftakru!”

Taqbdek ċmajra
Tintuża biex tirreferi għal riħ. Eżempju: “Jekk se tibqa’ hemm fil-kesħa, ser taqbdek ċmajra.”

Timbokka riħ
Għandha użu simili bħal meta tirreferi għal rih. Eżempju: “Ser timbokka riħ fix-xita.”

Sried
Il-qsim tax-xufftejn bil-kesħa.

Seqi
kundizzjoni fil-ġilda minħabba l-kesħa. Din ħafna drabi tinkludi ħmura u ħakk; speċjalment fis-swaba tal-idejn li jkunu l-aktar esposti.

Baqqiegħa
Ponta. Bl-Ingliż tiġi ‘blister’.

Dubbieħa
Selħa fil-pala tas-sieq meta timxi ħafi għal ħin twil