L-aktar affettwati dawk ta’ bejn l-20 u l-40 sena
Mitt sena ilu f’Malta kien rappurtat l-ewwel każ tal-influwenza Spanjola – pandemija li f’Malta ħalliet mal-elf vittma. Antropologi Kanadiżi għamlu diversi snin jagħmlu riċerka dwar l-influwenza Spanjola u skoprew li Għawdex kellu rata ferm ogħla ta’ każijiet u mwiet minn Malta. Huma rnexxielhom ukoll jidentifikaw ukoll ir-rotta tal-imxija miż-żona tal-Port il-Kbir lejn iċ-ċentru tal-gżira. F’mument li bħalissa lkoll ninsabu ffukati fuq il-COVID-19, ħsibna li mmorru lura fl-istorja u naraw ftit x’kien jiġri qabel f’ġajjiżna stess, meta l-avvanz tat-teknoloġija u x-xjenza ma kienx daqstant progressiv kif inhu llum…kif ukoll ma kienet teżisti l-ebda mezz ta’ midja soċjali li rridu nammettu li hija kawża wkoll ta’ allarm tripplu milli oġġett/każ ikun fil-mument.
Fis-seklu 19 insibu l-ewwel eżempji ta’ pandemiji ta influwenza li laqtu lil Malta. Malta ntlaqtgħet minn mill-inqas tlett pandemiji ta’ influwenzi fl-1836-37, 1847-48 u l-pandemija Russa tal-1889-90. Waqt id-devastazzjoni tal-Ewwel Gwerra Dinija (1914-1918) feġġet tip ta influwenza ħarxa li bdiet tinfirex minn pajjiż għal ieħor u fi żmien qasir waslet fil-kontinenti kollha tad-dinja fosthom fil-gżejjer imbegħda tal-Paċifiku. Din l-influwenza ma kienitx l-ewwel waħda tax-xorta tagħa li nfirxet b’mod pandemiku (madwar id-dinja kollha).
Propju mitt sena ilu din il-pandemija tal-influwenza msejħa l-Ispanjola ħadet lid-dinja għall-għarrieda. Waħidha qatlet madwar mitt miljun ruħ, jiġifieri ħamsa fil-mija tal-popolazzjoni dinjija.
F’Malta waslet malajr ukoll bl-ewwel każ ċert irrappurtat f’Mejju tal-1918. Fuq perjodu ta’ sena kienu rappurtati 16,000 każ iżda huwa magħruf li probabbilment affettwat mal-50,000 ruħ. Il-mejtin f’Malta u Għawdex laħħqu l-elf b’mewt minn kull għaxra isseħħ f’Għawdex.
Fl-istudju tiegħu l-antropologu Kanadiż il-Professur Larry Sawchuk jispjega għaliex il-livell ta’ immunità tal-Għawdxin seta’ kien anqas minn tal-Maltin: ”Gozo is a little bit more isolated by virtue of being more isolated, they may have not been exposed to the flu in previous encounters.”
Bil-kuntrarju ta’ pandemiji tal-influwenza oħra, l-aktar li ġew affettwati f’Malta kienu adulti ta’ bejn l-20 u l-40 sena, l-aktar in-nisa li kienu jieħduha mingħand it-tfal tagħhom.
L-istudju tal-antropoloġi Kanadażi jsostni li l-vapur tal-art, mill-Belt Valletta sal-Ħamrun, Birkirkara, Ħ’Attard u r-Rabat, kien il-kawża ewlenija li mexxa l-influwenza.
Ħudu ħsieb l-aħwa! Veru bħalissa qed naraw dlam; imma naspiraw li għad jerġa’ jiġi żmien aħjar! Kuraġġ
Ritratt: Facebook/ Nostalgia Malta