Il-personalitajiet Maltin lkoll iħallu mpatt fuq dak li jagħmilna poplu b’ identità unika. Spiss nitkellmu jew insemmu nies mill-istorja. Imma qajla nirrealizzaw li fostna għandna personalitajiet li żgur li fil-futur ser jissemmew għal diversi raġunijiet. Hemm minnhom li ser jissemmew għall-kontribut li jkunu taw lis-soċjetà Maltija. Bla dubju li persuna minnhom ser tkun il-Professur Charmaine Gauci.
Bħalissa lill-Profs. Gauci qed narawha ta’ kuljum fuq il-mezzi tax-xandir twassal informazzjoni u l-aħħar tagħrif tas-siwazzjoni preżenti fir-rigward tal-COVID-19. Żgur li ħaqqha kull tifħir għal mod kif twassal l-aħbarijiet bla ma toħloq allarm żejjed iżda fl-istess waqt, tgħid dik li hija l-verità b’appell kontinwu għall-prekawzzjoni u l-attenzjon lejn xulxin.
Il-Professur Charmaine Gauci hija professur fi ħdan l-Università ta’ Malta fejn tgħallem fl-għalqa tas-saħħa pubblika, pandemiji, mard ieħor u promozzjoni tas-saħħa.
Hi kienet pijunier fuq diversi tipi ta’ studji relatati mas-saħħa saħansitra anke survey dwar il-konfum tal-ikel f’pajjiżna. Spiss tipparteċipa f’taħdidiet immirati għal żvilupp globali fi ħdan il-WHO (World Health Organisation).
Laħqet tabiba fl-1991. L-istudju tal-PhD tagħha kisbitu b’riċerki u studji fuq pandemiji, lura fl-2006. Hija wkoll membru tal-‘UK Royal Society for pubic health’ kif ukoll is-Supretendent attwali tas-saħħa pubblika fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa f’Malta. Minn qalbna nawguraw u nirringrazzjaw lill-Professur Charmaine Gauci. Żgur li l-poplu Malti ser jibqa’ grat lejk tul is-snin.