Il-coronvirus…irnexxielu jwaqqaf id-dinja. Miegħu waqqaf ukoll bosta avvenimenti kulturali u soċjali li n-nies jistennew minn żmien għall-ieħor.
Intant tħabbar permezz ta’ digriet tal-Knisja Kattolika maħruġ mill-Vatikan, li kull manifestazzjoni pubblika; kemm għad-Duluri u anke għall-Ġimgħa l-Kbira inkluż dik ta’ Kristu Rrxoxt qed jiġu mħassra.
L-istess digriet jissuġerixxi li l-purċissjonijiet jistgħu jsiru fit-tieni nofs ta’ Settembru jekk kemm –il darba jiddeċiedi l-mexxej tal-paroċċa rispettiva. Jekk jiġri hekk, il-Ġimgħa l-Kbira tkun qed tiġi ċċelebrata wara l-festi titulari kollha li għandna f’pajjiżna.
Nistennew u naraw!