Tgħodd għal kulħadd!
Ftit minuti ilu għadha kif inkitbet paġna unika fl-istorja tal-knisja Kattolika. Il-Papa Franġisku ta l-barka li tgħodd għal kulħadd; kemm dawk li qed isegwu u anke lil dawk li m’humhiex.
Il-Papa Franġisku qed jagħmel ħiltu biex iżomm il-fidili aktar magħqudin f’dawn il-mumenti, b’kuraġġ u tama li żmien aħjar mhux ‘il bogħod. Humwa bosta li qed jirrikorru lejn Alla; mhux biss Kattoliċi imma wkoll dawk ta’ reliġjonijiet oħra.
Forsi dan iż-żmien li qed nesperjenzaw qed iservi biex nirrealizzaw aktar x’inhu l-bniedem; x’inhuma l-ħtieġijiet veri tiegħu…lil hinn mit-tlellix u l-kompetizzjoni ħarxa ta’ bejn wieħed u ieħor.
Il-Barka urbi et orbi, is-soltu tingħata biss fl-Għid il-Kbir u fil-Milied.
Wara kollox, inti min inti u għandek kemm għandek, quddiem il-mard ma jiswa xejn. Jiswa biss li tkun umli. Minn Wirt Malta.mt ħsibna li niktbu dan l-artiklu għaliex dan li qed jiġri huwa wkoll wirt storiku li għad jissemma tul iż-zmien.
Ritratt: vaticannews.va