Xi jfisser dan kollu llum?!
Il-31 ta’ Marzu 1920 hija data importanti għas-Sengleani kif ukoll għall-Knisja f’Malta. Kien dakinhar li Mons. Mauro Caruana Arcisqof ta’ Malta bagħat is-supplika sabiex ix-xbieha devota ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-100 sena minn meta saret din it-talba b’mod uffiċċjali lill-Papa Benedittu XV.
Ritratt: Facebook/ Parroċċa Senglea
Din is-supplika kienet titlob li l-Bambina tal-Isla tkun inkurunata. Forsi llum għaddejna minn żmien fejn rajna jingħataw bosta titli u li forsi ħadnieha kontra l-mument għaliex ma fhimnhiex xi jfissru eżatt.
Huwa dejjem minnu li aħjar inkunu viċin il-polz tal-poplu iżda, jekk niffukaw u nifhmu sew, hekk kienu jfissru t-titli. Titli kienu jfissru tifħir lil Alla kif kienu jafu dak iż-żmien. Il-poplu kien juri l-gratitudni tiegħu lejn il-ħallieq billi jonorah bil-mod li jista’. Kien jitqanqal emozzjonalment u moralment u dan kien iżid id-devozzjoni.
Ilkoll ċerti, li s-Sengleani qatt ma riedu l-ebda titlu sempliċiment biex jiftaħru għaliex l-imħabba li għandhom lejn il-Bambina għadha xhieda sal-lum. Awguri lis-Sengleani…J’Alla Marija Bambina tidħol għalina u tipproteġina mhux biss illum, iżda għal dejjem!
Ritratt: Facebook/ Parroċċa Senglea