Min kienet din it-twajba?
Fil-paġna tal-Parroċċa taż-Zejtun għadha kif tħabbret il-mewt ta’ Vitorina Bianco ta’ 104 snin; ex-soċja tal-mużew li kienet ukoll sagristana u anke benefattriċi tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena.
Vitorina għamlet snin taħdem fost il-poplu u kienet magħrufa għall-qalb tad-deheb li kellha.
Il-funeral se jsir għada l-Ħamis 2 t’April 2020 permezz ta’ tislima privata minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19.
Insellmu lil din il-mara twajba li wkoll tifforma parti mill-istorja tagħna. L-età biss ukoll hija sabiħa, aħseb u ara l-ġid li wettqet! Strieħ fis-sliem Vitorina!
Ritratt: Facebook/ Parroċċa Żejtun