F’komunikat mill-kurja, il-midja kollha rċeviet dettalji ta’ xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna. Dawn ser ikunu hekk:
- Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.
- It-Tnejn 6 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
- It-Tlieta 7 ta’ April, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jmexxi t-talba tar-Rużarju.
- Il-Ħamis 9 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fil-5:30 p.m., l-Arċisqof imexxi Quddiesa l-Ikla tal-Mulej u wara ħin ta’ Adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni. Fit-8:30 p.m. l-Arċisqof imexxi mument ta’ talb u riflessjoni bit-tema ‘Seba’ waqfiet ma’ Ġesù’.
- Il-Ġimgħa 10 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-3:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Fis-6:30 p.m., l-Arċisqof jitlob il-Via Crucis.
- Is-Sibt 11 ta’ April, Sibt il-Għid, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fit-8:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid.
- Il-Ħadd 12 ta’ April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ser jixxandru fuq TVM jew TVM2, il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n-newsportal Newsbook.com.mt.
Ningħaqdu lkoll flimkien f’dan il-mument. Il-Ġimgħa Mqaddsa xorta qiegħda hemm u sta għalina li nipparteċipaw. Huwa minnu li differenti, imma finalment aħna l-Kattoliċi rridu nuru l-veru twemmin tagħna anke jekk bla purċissjonijiet kulturali li nħobbu wkoll.
Nieħdu l-okkażjoni nirringrazzjaw u napprezza il-ħidma li qed iwettaq il-kleru taħt id-direzzjoni tal-Arċisqof. Dawn ukoll ħaqqhom kull apprezzament! Kuraġġ!