Ideat li jżommu l-ispirtu u jimlew il-qlub bit-tama!
F’mumenti bħal dawn, qed naraw ħafna li qed joħorġu b’ideat kreattivi biex jippruvaw iżommu l-ispirtu għoli kemm jista’ jkun. Is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar kellhom idea.
Hekk kif illum infakkru d-Duluri ta’ Marija Santissima, ħasbu li jarmaw l-istatwa ta’ Marija Addolorata fit-tieqa tal-faċċata tas-sedè tagħhom biex tkun meqjuma mill-pubbliku. Il-membri tal-kumitat permezz ta’ post fuq facebook, ħeġġew lill-pubbliku biex jgħid talba quddiem din ix-xbieha waqt li jkun għaddej.
Ritratt: Facebook/ Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar
“Tajjeb niftakru fit-tbatijiet tagħna nfusna u tal-oħrajn”, kitbu fuq facebook. U hekk hu; ilkoll midinba b’xi mod jew ieħor. Prosit lil din is-soċjetà fin-Naxxar.
Ritratt: Facebook/ Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar