Awguri minn Wirt Malta.mt
Dr. George Vella għada 4 ta’ April 2020 jgħalaq sena minn meta nħatar l-10 President tar-Repubblika Maltija. Dan wara riżoluzzjoni parlamentari li għaddiet fis-7 ta’ Marzu 2019 mill-kamra tar-Rappreżentanti.
Dr. George Vella twieled fl-24 ta’ April tal-1942 u l-professjoni tiegħu kienet dik ta’ tabib. Fl-2018, kien meqjus bħala wieħed minn tmien persuni eminenti mill-Commonwealth biex jipprepara rapport fuq il-Governanza tas-Segretarjat tal-Commonwealth.
Huwa serva għal numru ta’ snin bħala membru parlamentari f’isem il-Partit Laburista kif ukoll irwoli ministerjali diversi fosthom dik ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Il-President George Vella huwa ddekorat bħala Kumpann tal-Unur fl-Ordni Nazzjonali tal-Meru, Kavallieri tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ fost dekorazzjonijiet prestiġġjużi oħra, saħansitra anke minn pajjiżi barranin.
Huwa miżżewweġ lil Miriam u għandu 3 itfal: Claire, Elaine u George Jr kif ukoll seba’ neputijiet.
Ftit ilu, Il-President Malti kellu laqgħa mar-Reġina Eliżabetta; liema laqgħa kompliet issaħħaħ ir-relazzjoni ta’ bejn Malta u l-Ingilterra, liema laqgħa wkoll kienet deskritta bħala differenti minn oħrajn, saħansitra mir-Reġina stess.
🇲🇹 The President of Malta, George Vella and Mrs. Vella meet The Queen at Buckingham Palace.
— The Royal Family (@RoyalFamily) March 4, 2020
🌍 Her Majesty last visited Malta in 2015 to attend the Commonwealth Heads of Government meeting. pic.twitter.com/M3LcZoZHw2
Jibqa’ magħruf ukoll għall-valuri sbieħ li jħaddan u li dejjem lest jagħti widen lill-pubbliku. Mingħandna ta’ Wirt Malta.mt, nawgurawlek Eċċellenza.
Ritratt: Ritratt uffiċċjali Tal-President Tar-Repubblika Ta’ Malta