Ċelebrità Maltija li jibqa’ maħbub!
Kieku llum għadu magħna, il-kantant popolari Tony Camilleri magħruf bħala l-Bayzo kien jgħalaq 73 sena. Il-Bayzo miet fl-1 ta’ Frar tal-2018 għall-ħabta tal-22:10 fl-età ta’ 71 sena.
Jibqa’ magħruf għall-vuċi unika tiegħu u għall-kanzunetta ferm maħbuba Qalu Li Raw. Kanzunetta li tkantat minn diversi kantanti saħansitra anke fi dwetti jew fi gruppi.
Kien wieħed mill-kantanti tar-Rock Opera popolari Maltija: Ġensna u kien irrispettat ukoll għall-umiltà li dejjem żamm.
Fis-snin sittin kien ukoll wieħed mill-kantanti ewlenin tal-grupp The Malta Bums. Minn Wirt Malta.mt, insellmu l-memorja għażiż ta’ din il-personalita Maltija.
Ritratt: Facebook/ Nostalgia Malta