F’komunikat mill-Kurja intqal hekk:
Illum, 3 ta’ April 2020, Jum id-Duluri, fuq talba tal-Arċisqof il-quddies ser jixxandar mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x-xbihat devoti tal-Kurċifiss mirakoluż u tad-Duluri li s-soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt.
Il-Quddiesa tal-5:30pm, li se tkun segwita mit-talba tar-Rużarju, se titmexxa mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna,.
L-Insara huma mistiedna jingħaqdu fit-talb mal-Isqfijiet waqt il-Quddies li ser jixxandar fuq TVM2, NET, ONE, Xejk, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Ritratt: Arkivju Arċidjoċesi ta’ Malta