Jgħidulha ċ-Ċuqlajta
Storbjuża mhux ħażin. Xogħlha huwa kontra dak tal-qniepen; ifakkru n-niket li għadda minnu Ġesù kontra tal-ferħ tad-daqq ħelu tal-qniepen.
Minnhom għadek issib fiż-Żejtun, fil-Mosta, fin-Naxxar u fi ftit irħula oħra anke bħall-Imġarr. Sfortunatament hemm parroċċi li m’għadhomx jużawha.
Minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19, jidher li d-daqq tal-qniepen huwa xorta permessibbli ġaladarba dawn jindaqqu minn persuna waħda kif indikat mill-istruzzjonijiet tal-kurja. Nittamaw li fejn hemm iċ-ċuqlajta, din tindaqq ukoll għaliex ma nixtiequx li din tmut mewta naturali.
Ritratt: Facebook/ Parroċċa Santa Marija, Mġarr