Joħloq b’idejh!
Lil Indri Attard nafuh fuq it-televiżjoni. Huwa attur bravu, xandar iżda wkolla artist kapaċi. Il-karriera tiegħu fuq ir-radju tmur lura għall-1998 fuq Radju 101.
Iżda spiss narawh itella’ arti maħluqa minnu stess b’idejh li ma tistax ma tiġbidx l-għajn. Waħda minnhom hija din l-istatwa; minjatura tal-għaxar stazzjon li tinsab fir-Rabat f’Malta. Il-qies tagħha huwa ta’ 18 -il pulzier.
Aħna minn Wirt Malta.mt nieħdu gost naraw dawn it-tradizzjonijiet ħajja u naraw artisti żgħażagħ li għadhom joħolqu meravilji b’idejhom. Ejja lkoll napprezzaw dawn il-ħiliet; kemm ta’ Indri u ta’ bosta artisti oħra li l-gżejjer Maltin huwa xxurtjati li minnhom għandna numru sabiħ.
Prosit Indri!
Ritratt: Facebook/ Indri Attard