Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!
Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss.
Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament, min ingidem minn ħabib jew ħabiba, min mifni b’xi vizzju, min tilef daru… u xi ngħidu għal dawk il-pajjiżi li ilhom isofru u ħlief nikkumentaw il-kliem ‘kuraġġ’ ma nagħmlux. Qed nirreferu għas-Sirja. Tgħidulna x’nistgħu nagħmlu?! Huwa veru!
Is-soċjetà kultant tkun falza. Irridu l-ġid wiċċ imbwiċċ, iżda ndaħħlu l-isalletti minn wara. Hekk ġara fil-passjoni ta’ SIdna Ġesù Kristu. U kif dejjem ngħidu, l-istorja tirrepeti ruħha.
Ħsibna li naqsmu magħkom dan il-marċ: Ċipresso – Marċ funebru ta’ Mro. Angelo Mellilli. Marċ funebru li jindaqq tista’ tgħid f’kull raħal jew belt Maltija mill-pinna ta’ surmast Sqalli u li nkiteb fis-seklu 19. Is-Surmast Angelo Mellili kien minn Licata (provincja ta’ Girgento) li bejn l-1898 u l-1912 idderiega xejn anqas minn tlett baned, “ La Vilhena” tal-Furjana, “San Filippo” ta’ Haz-Zebbug u “San Giorgio” ta’ Bormla.
Il-marċi: “Venerdi’ Santo”, Misto Ricardo”,’L-Ultima Caduta” u “In Memoria del Marchese Barbaro di San Giorgio” huma wkoll marċi oħra popolari mill-pinna tiegħu.
Ritratt: Facebook/ Għaqda Banda Żejtun
I just found out about wirtmalta for the very first time.I love it.
My name is Ines Bezzina and I live in Melbourne Australia for the last 46years .
My hometown is Naxxar,Malta.
Thanks and regards and stay safe.
Ines Bezzina.
Hey Ines…so nice to hear from you. And we are also happy that you like our new page. we intend to do it in english too eventually! We are a team; passionate about history 🙂