Isimgħu sew u apprezzaw ġmielna!
Fuq produzzjoni ta’ Karl Azzopardi bi kliem u qari minn Immanuel Mifsud, Il-Blata Tagħna huwa filmat eċċezzjonali bi ħsieb li jġiegħelna nirriflettu ftit fuq aħna min aħna, Malta tagħna x’tirrakonta?!
“Dan skiet mill-iktar stramb”, jistqarr Immanuel li jkompli jgħid, kien ħasra li konna nsejnieħ.
Il-mużika sabiħa li tinstema’ fl-isfond hija tal-Band Stalko:Three sheets to the wind u l-produzzjoni saret b’muntaġġ minn James Bianchi. Prosit tassew lilkom ta’ din l-idea li tfakkarna fuq il-ġmiel ta’ pajjiżna u tal-poplu tagħna, lil hinn mit-tgergir li konna drajna u li għamilnieh norma ta’ kuljum.
Ħajr lil Malta Today/ Ritratt: Malta Travel Guide