L-aktar darba li nstabu każi pożittivi:52. F’konferenza mill-Ministru tas-saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne flimkien mas-supretendent tas-Saħħa Profs. Charmaine Gauci tħabbar li nstabu 52 każ ġdid.
Il-Ministru Chris Fearne qal li dan kien mistenni u li konna se nilħqu t-300 każ ġdid suppost il-ġimgħa li għaddiet. “Dan ifisser li l-miżuri li daħħalna jidher li qed jiġu segwiti tajjeb mill-poplu tagħna!”, saħaq Chris Fearne. Jidher li l-‘curve’ qed timxi skond kif prevvist.
Chris Fearne ħabba ukoll li dawn il-każijiet ġodda ma humhiex relatati ma’ Ħal Far minħabba li kellu ammont ta’ mistoqsijeit permezz ta’ messaġġi privati mill-ġurnalisti. Dan ma jfissirx li f’Ħal Far mhux se jiżdiedu.
Ilbieraħ saru 825 test; rekord f’Malta u Għawdex. It-target huwa li jintlaħaq l-1,000 test kuljum. Tħabbar ukoll helpline ġdid: 1770 f’kollaborazzjoni mar-Richmond Foundation li min-nhar il-ħamis ser jibda jaħdem 24 siegħa kuljum.
Minn WirtMalta.mt nfakkrukom biex nibqgħu magħqudin u dejjem nobdu l-ordnijiet biex nibqgħu ġewwa kemm jista’ jkun possibbli!
Ritratt: Facebook/ Chris Fearne