Mhux l-ewwel darba… Ġrat fil-passat
L-22.30 ta’ Ħamis ix-Xirka 2020. Sikta. Ħemda. Kieku bħalissa il-poplu bi ħġaru jdur minn knisja għall-oħra; minn wirja għall-oħra, minn raħal għall-ieħor…
Kien hemm min bħal-lum iżur is-salib tal-għolja fis-Siġġiewi, isib xi kappella ċkejkna mhix daqshekk storbjuża bl-attività tal-poplu jew inkella jmur il-mixja popolari ta’ Puttinu.
Il-Monument ta’ Kristu Mejjet flimkien mal-kandilabru tax-xemgħa msejjah ‘Barabbas’ fin-Naxxar
Ritratt: Edward Azzopardi
Iżda din is-sena se turina verament il-fidi tagħna fhiex inhi. Huwa minnu li dawk kollha li għandhom għal qalbhom dan iż-żmien, forsi anke dawk li fil-verità mhux daqshekk reliġjużi iżda jħobbu biss il-kult jinsabu ftit mdejqin. Għaliex huma bosta li hekk kif jgħaddi l-Milied, jibdew jgħoddu l-ġranet sa Ras ir-Randan.
Imma din hija r-realtà. Din hija l-attwalità. Dan huwa l-mument tal-prova. Il-Ġimgħa l-Kbira għada xorta waħda se ssir…ġo qalbna. Dan huwa l-mument li l-għajta li tant ngħajtu mal-barranin li Malta hija reliġjuża, se juri hux minnu jew le?! Kuraġġ!
Tajjeb ngħidu li din mhix l-ewwel darba li l-Ġimgħa Mqaddsa mhix iċċelebrata fil-mod komplut tagħha. Kien hemm żewġ okkażjonijiet żgur meta r-rutina nbidlet minħabba l-pesta: fl-1575 u fl-1813. Kif dejjem ngħidu, l-istorja tirrepeti ruħha!
Ritratt: Facebook/ Siġġiewi Local Council