Żmien iebes imma kuraġġ!
Ħamis ix-Xirka b’differenza u forsi xi ftit xokkanti hekk kif mill-bieraħ għal-lum, telgħu għal 2 il-persuni li tilfu ħajjithom minħabba l-virus qerried tal-COVID-19.
Is-soltu bħal-lum, induru l-knejjes u nagħmlu l-vizti, nitolbu u niftakru fil-passjoni ta’ Ġesù Kristu. Iżda din is-sena ninsabu f’darna. Hemm min qed iqisha passjoni u ma tlum lil ħadd.
Filwaqt li nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi, inħeġġukom tqawwu qalbkom. Ma nħallux il-biża’ tkissirna u fl-istess ħin, ma nistgħux ma nobdux u nerħu.
Fr. Raymond Francalanza; Patri Agostinjan qasam magħna ftit ħsiebijiet profondi. Diffiċli lia ma smajtux b’Father Ray, imma jekk le, isimgħuh; kliemu huwa t’ sabar u wens.
Grazzi lilek Father Ray u kuraġġ lilkom il-qarrejja tagħna. Minn WirtMalta.mt nippreżetawlkom dan il-filmat.
Ritratt: Kunvent Santu Wistin, Rabat