Uliedek għad jaqraw fuq dak li għaddejjin minnu bħalissa!
Idea brillanti mill-arkivji nazzjonali ta’ Malta fejn qed iħeġġu lill-pubbliku biex iżomm djarju ta’ dak kollu li għaddejjin minnu bħalissa fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19. Dan biex ‘il quddiem, ħaddieħor ikun jaf x’ġara f’dan iż-żmien.
Fil-fatt, kull ġurnata ta’ ħajjitna hija storja u kultant qas nintebħu li bħalma aħna kurjużi u nistudjaw u nirriċerkaw fuq dak li għamlu jew għaddew minnu missierijietna, hekk għad jagħmlu uliedna, u wlied uliedna.
Ritratt: Facebook/ The National Archives Malta