Bonnymia hija artista Maltija li tgħix f’Londra. Iżda lil pajjiżha ma tinsieh qatt. Mhux talli tinsieh, talli toħloq ġmiel ta’ għodod għall-kċina fl-injam, li bihom tfakkar lil Malta.
Daqqa madum Malti, daqqa xeni bħal dik tal-Belt Valletta u tant u tant ideat sbieħ oħra… Iva kollox fl-injam.
Dawn huma ideali kemm bħala tifkira u anke rigal…jew għalik ġo darek stess!
Kemm hu sabiħ li tara l-kreattività ta’ Maltin li jħobbu lil pajjiżna u joħolqu b’idejhom xogħol li juri l-kapaċità tagħhom.
Bonnymia tistgħu tagħmlu kuntatt magħha fuq il-paġna ta’ facebook tagħha. Għidulha l-ideat li għandkom u żgur li tissodisfakom bl-arti tagħha! Min jaf?! Forsi suġġett relatat mal-belt jew raħal tagħkom fl-injam?!
Ritratt: Facebook/ Bonnymia