Inti Tħobb Tissendika?!
Jgħidulha l-Muxrabija Hija kelma li ġejja mill-ilsien Għarbi ‘mashrabiya’ u li kienet tifforma parti mill-arkitettura Maltija. Hija bħal tieqa jew parti pproġġettat l’ barra mill-kumplament tal-faċċata tad-dar b’xi toqob jew ftuħ li minnhom tista’ tara. Interessanti huwa l-fatt li inti tara filwaqt li ħaddieħor ma jarakx. Tista’ tissejjaħ ukoll in-‘nemmiesa’ jew ix-‘xerriefa’ u f’Għawdex…