Jgħidulha l-Muxrabija
Hija kelma li ġejja mill-ilsien Għarbi ‘mashrabiya’ u li kienet tifforma parti mill-arkitettura Maltija. Hija bħal tieqa jew parti pproġġettat l’ barra mill-kumplament tal-faċċata tad-dar b’xi toqob jew ftuħ li minnhom tista’ tara.
Interessanti huwa l-fatt li inti tara filwaqt li ħaddieħor ma jarakx. Tista’ tissejjaħ ukoll in-‘nemmiesa’ jew ix-‘xerriefa’ u f’Għawdex għandha ismijiet oħra: il-‘kixxiefa’ jew il-‘glusija’ li ġejja mill-kelma Franċiża ‘jalousie’ li tfisser għira.
Ritratt: Muxrabija li tinsab f’Ħaż-Żabbar
Din l-arkitettura tmur lura għas-seklu 7 fil-Lvant. L-eqdem muxrabijiet f’pajjiżna jmorru lura għas-sekli 14 u 15.
Apparti li kienet tintuża biex tinħoloq ċirkulazzjoni fid-dar, kienet ukoll toffri lok kif tissindika min għaddej minn quddiem darek, mingħajr dak li jkun ma jinduna bik! Tajba l-idea! Kos hux, tgħid aħna poplu li nħobbu nissindikaw?!
Ritratt: Muxrabija li tinsab fil-Qrendi
Kliem li rari għadna nisimgħu u li jfisser l-istess: Muxrabija, nemmiesa, kixxiefa, xerriefa, glusija.
Meta qed nitkellmu fuq Wirt Artna, ghandna naghmlu l-almu taghna kollhu biex kemm jista’ jkun nuzaw il-kelma safja maltija minflok niddubbaw mit-taljan. B’hekk biss nistghu inharsu l-malti. Ghaldaqstant fl-ewwel sentenza jien kont nuza l-kelma ‘lsien’ minflok ‘lingwa’.
Ukoll, fil-linja ta’ qabel tal-ahhar fil-frazi “tissindika minn ghaddej minn quddiem darek”, l-ewwel ‘minn’ ghanda tkun ‘min’. Jigifieri suppost tinkiteb hekk: “tissindika min ghaddej minn quddiem darek”
Napprezza dak kollhu li qed taghmlu.
Tislijiet mill-Awstralja.
Naqblu miegħek dwar il-kelma ‘ilsien’ flok ‘lingwa’. Madanakollu; ‘min’ flok ‘minn’ kien żball ġenwin tal-kitba. Grazzi li ġbidtilna l-attenzjoni