L-ismijiet tal-irħula tbiddlu mas-snin. Jista’ jkun ukoll li tbiddlu mhux biss minħabba ħakkiema ta’ pajjiżna differenti iżda wkoll minħabba l-mod kif il-poplu kien jaqra jew jgħid ċerti ismijiet. Isem li m’għandux x’jaqsam mal-irħula huwa Putirjal li propjament kien Porta Reali. Imma meta mitkellem mill-Maltin, ma kinitx idurilhom il-kelma.
Studjużi jgħidu li Ħaż-Żabbar ġej mill-kelma Maltija ‘żabar’ fejn kien jingħad li ħafna nies hemmhekk kellhom is-sengħa taż-żbir. Kien hemm ukoll kunjom ‘Żabbar’ li llum spiċċa kompletament.
Orlando Żabbar; personaġġ li għex fi żmien l-assedju l-kbir jista’ jkun ukoll li ħalla l-influwenza tiegħu fuq dan il-post. Hu kien jgħin fil-bini tal-fortifikazzjonijiet.
Hemm ukoll siġra li jgħidulha Sabbara u forsi kif ġara fil-kelma Porta Reali, hekk ġara f’dan il-każ.
Finalment, jista’ jkun ukoll li isem Ħaż-Żabbar ġej mill-fatt tad-devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grazzja li ssabbar lil kull min jitlobha.
Ritratt: Knisja.mt
Xi ġmiel ta’ wirt!