Bħal-lum 10 snin ilu żarna l-Qdusija Tiegħu Papa Benedittu XVI. Kien hawn sensazzjoni u spirtu sabiħ fi gżiritna. Bħal donnu dawn il-mumenti jgħinuna niftakru x’ġawhra ta’ pajjiż għandna. Mhux biss għall-ispirtu reliġjuż imma wkoll għal mod kif nagħtu merħba bħala poplu.
Ritratt: Papa Benedittu XVI waqt żjara fil-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat
Il-Papa Benedittu jibqa’ msemmi wkoll għall-fatt li rreżenja fit-28 ta’ Frar 2013. Iżda rari niftakru x-xogħol li wettaq fi ħdan il-knisja anke dwar suġġetti li kienu kontroversjali. Għalkemm kien Papa konservazzjonist, kien hu l-Papa li beda jindirizza l-każijiet ta’ abbuzi sesswali minn membri tal-knisja fuq persuni oħra.
Ritratt: Waqt Il-merħba fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mal-Eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta Dr. George Abela
Papa Franġisku kien mistenni jżur pajjiżna fl-aħħar ta’ Mejju iżda minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19, din iż-żjara ġiet posposta.
Ritratti: Knisja.mt