Dak li ma nisimgħux spiss fl-istorja!
Ir-Reġina Victoria fl-istorja Maltija hija mogħtija ġieħ u rispett. Fosi l-aktar wirt li jfakkarna fiha huma l-‘Victoria Lines’; linji ta’ fortifikazzjoni li kienu saru fi żmien l-Ingliżi f’Malta sabiex suldati jisparaw minn warajhom. Iżda tajjeb ngħidu li dawn spiċċaw bla użu għaliex ftit wara li saru, kien ivvintat l-ajruplan u kien bla skop li jkollok suldat wara ħajt jekk seta’ jintlaqat mill-ajru.
Forsi b’mod ġenerali niftakruh fiha għaliex naraw il-monument fil-Belt Valletta quddiem il-Biblijoteka. Iżda forsi ftit nafu li ma kinitx mill-ħelwin fir-relazzjoni tagħha ma’ wliedha. Kienet tistmerrhom tant li ġieli anke bagħtet ittri li fihom tgħid li mingħajr tfal tħossha aħjar. Kienet tara t-treddiegħ lit-trabi mill-omm bħala diżgustanti u saħansitra ssejjaħ lit-trabi tat-twelid ‘koroh’.
Ritratt: Ir-Reġina Victoria kienet meqjusa bħala l-mara tal-ilbies iswed wara li minn meta miet żewġha (il-Prinċep Albert), damet sew b’dipressjoni u mliet kullimkien drappijiet suwed saħansitra d-dvalji tal-ikel u l-purtieri. Sa 3 snin wara, jekk xi ħadd minn uliedha kien jitbissem kienet tinfexx tgħajjat miegħu.
Kienet anke tgħajjar lil uliedha li m’humhiex attraenti u f’kitbiet li nstabu mit-tfal tagħha, hemm stqarrijiet li flok kienu jħossuhom tajjeb li huma wlied ir-reġina, kienu jħossuhom ħabsin u li xtaqu li xortiehom tinbidel u jitilqu minn taħt djulha.
It-tieni wild tar-Reġina Victoria; il-Prinċep Albert (Duka ta’ Edinburgh) iżżewweġ lill-unika tifla tal-Czar Russu Alexander II: Maria Alexandrovna. Din il-koppja qattgħu l-isbaħ snin ta’ ħajjithom f’Malta fejn ukoll kellhom tarbija u semmewha għal pajjiżna: Victoria Melita.
Ritratt: www.royal.uk