Nissaportu ftit ieħor!
F’Konferenza aktar kmieni llum, mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġie kkonfermat li qabel kollox jirritorna għan-normal irid ikun hemm konsistenza fit-tnaqqis tal-każi tal-Covid-19. Dan japplika wkoll għal tnaqqis ta’ miżuri li ttieħdu fosthom il-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Jidher ukoll li l-mizuri ta’ prekawzzjoni ser jibqgħu jgħoddu sakemm anke jinstab vaċċin kontra dan il-virus.
B’kollox sa issa, pajjiżna kellu 426 każ ta’ pazjenti pożittivi għall-Covid-19; 3 minnhom tilfu ħajjithom u b’99 pazjent minnhom li fiqu.
Irridu nżomm l-‘momentum’ li ma tgħolhiex l-aspettativa tal-poplu għax jara każ wieħed biss f’jum. Irridu wkoll nżommu l-kalma għal bosta raġunijiet; għax naraw temp sabiħ, għax riesaq is-sajf… Il-Malti jgħid ‘Qattusa għaġġelija, frieħ għomja tagħmel!
Ilkoll fuq ix-xwiek li nirritornaw għan-normal, imma aħjar ftit paċenzja issa la diġà qegħdin fis-sitwazzjoni milli mmorru għan-normal u nerġgħu niddarsu! Kuraġġ poplu!
Ritratt: Kemmuna 2019/ gq-guide-to-malta