Mibnija biex taqdi l-funzjonijiet tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann; Is-Sacra Infermeria. Ġarrbet ħsarat estensivi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u r-rikostruzzjoni tagħha qatt ma saret sħiħa.
Fl-1687, il-Granmastru Gregorio Caraffa bena sala biex tiġbor fiha l-librerija tal-isptar; l-imkejjen ta’ din is-sala għadu sal-lum mhux magħruf.
L-Ingliżi komplew jużaw dan l-isptar sal-1902. Tul dan il-perjodu, saru diversi estensjonijiet u arranġamenti fuq din il-binja maestuża. Għalkemm ġarrbet il-ħsarat imsemmija tul il-gwerra dinjija, xorta baqgħet isservi bħala teatru u skola għat-tfal.
Fl-1960 u fin-nofs tas-sebgħinijiet sar xi restawr fuq is-Sacra Infermeria u fl-1979, il-binja kienet inawgurata bħala ċ-Ċentru Mediterranju għall-Kungressi.
Fil-lejl tal-25 ta’ Marzu tal-1987, nirien ħakmu l-binja prinċipali bir-riżultat li saret aktar ħsara fuq l-istruttura storika. Reġa’ sar restawr u fil-5 t’Ottubru tal-1989 kienet inawgurata bħala l-‘Mediterranean Conference Centre’.
Din ir-rikostruzzjoni diġitali saret minn Christian Mifsud fuq riċerka ta’ Paul Cassar.
Dan il-proġett 3D kien ikkummissjonat mill-Mediterranean Conference Centre bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 sena mit-twaqqif tal-MCC.
Ritratt: Architectural Development of the Sacra Infermeria, Valletta