Illum huwa l-100 jum fit-tmexxija bħala Prim Ministru ta’ Dr. Robert Abela.
Twieled fis-7 ta’ Diċembru tal-1977. Dr. Abela huwa avukat u politiku li qed iservi bħala l-14 -il Prim Ministru ta’ Malta. Kien elett fil-Parlament fl-2017 u wara elezzjoni għall-mexxej fil-11 ta’ Jannar ta’ din is-sena 2020, Dr. Abela ġibed is-simpatija u s-sapport tal-votanti b’riżultat sabiħ ta’ 9,342 vot.
B’hekk sar ukoll il-mexxej tal-Partit Laburista. Mr. Chris Fearne żamm il-pożizzjoni tiegħu ta’ Deputat Prim Ministru.
Il-Prim Ministru Robert Abela huwa wkoll kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu; dritt li jingħata lill-Prim Ministri Maltin.
Fl-ewwel jiem tiegħu, l-istorja tirrakonta li Dr. Robert Abela kellu dik li tissejjaħ bl-Ingliż ‘Baptism of fire’ għaliex kellu jħabbat wiċċu mill-ewwel ma’ sitwazzjonijiet diffiċli fosthom il-pandemija tal-Covid-19.
Minn wirtmalta.mt, Awguri Prim Ministru!
Ritratt: Facebook/ Robert Abela