Inti tista’ tieħu sehem!
Il-fundatur tal-paġna popolari Isma’ Ftit Clayton Saliba ħareġ b’idea sabiħa għal waqt il-pandemija tal-Covid-19. Opportunità biex inti tikteb fi spazju maħluq apposta billi tidħol fis-sit www.ismaftit.com u tmur fis-sezzjoni ‘Ħolqa ta’ Tama’ fejn hemmhekk issib spjegat x’għandek tagħmel.
F’ din is-sezzjoni, inti mħeġġeġ tikteb il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, messaġġi ta’ kuraġġ u tama f’dan iż-żmien partikolari li għaddejjin minnu. L-idea hi biex ‘il quddiem, il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jkunu jafu minn xhiex għaddiet l-umanità waqt dan kollu.
Qed jissejjaħ ‘Monument Virtwali’. Idea differenti u innovattiva u li aħna wkoll ħassejna li din se tkun parti mill-wirt taż-żmien modern għall-futur. Prosit Clayton!
Ritratt: Facebook/ Isma’ Ftit
(Minn wirtmalta.mt nieħdu gost nissapportjaw kollegi oħra b’ħidma pożittiva u ta’ ġid. Kellmuna għal aktar kollaborazzjonijiet)