Ġmiel ta’ Arkitettura fil-Belt Valletta
F’ritratt li ttella’ minn Elizabeth Ebejer (CEO Tat-Teatru Manoel) fil-paġna ta’ facebook Id-Dar Maltija, juri dar mill-isbaħ li tinsab fi Triq Sant’Ursula fil-Belt Valletta.
Il-Belt kapitali Maltija hija mogħnija bi djar mill-isbaħ; waħda minnhom din iżda li ftit nafu dwarha. F’kumment minn Kenneth Zammit Tabona li lkoll nafu kemm għandu għal qalbu l-istorja u l-kultura u li hu midħla sew fil-qasam, kiteb li Thomas Allom (1804-1872) kien għamel ‘print’ tagħha. Allom kien perit Ingliż, artist u anke llustratur. Waqqaf ukoll L-Istitut Irjali tal-Arkitetti Ngliżi.
Din hija xogħol l-artist Thomas Allom li fiha fuq il-lemin, tidher din id-dar li qed nitkellmu fuqha. (kortesija: Getty Images)
Jidher ukoll li din kienet id-dar tal-Isqof Carmelo Scicluna f’xi perjodu matul is-seklu 19.
Qed nitolbu lilkom li għandkom għal qalbkom dan it-tip ta’ tagħrif interessanti, li jekk għandkom xi informazzjoni oħra dwar l-użu ta’ din id-dar fil-passat, tagħmlu kuntatt magħna.
Ritratt: Facebook/ Id-Dar Maltija