Ara x’għandek tagħmel
Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann għadha kif nediet skema ta’ għajnuna għal studenti u oħrajn li huma interessati fir-riċekra f’aspetti/suġġett relatat direttament mal-Kon-Katidral.
L-għan huwa li titqajjem aktar kuxjenza u għarfien fuq il-knisja konventwali tas-seklu 16 mibnija mill-Ordni kif ukoll li dan it-tempju maestuż, jitqies bħala ċentru ta’ riċerka għall-istudenti tal-istudju Barokk, riċerkaturi u akkademiċi biex b’hekk, dan il-wirt ikompli jkun aktar apprezzat.
L-applikanti għandhom jibagħtu t-talba tagħhom jew jidħlu f’kuntatt mal-Fondazzjoni fuq [email protected] għal aktar tagħrif.
Wirtmalta.mt tapprezza inijattivi bħal dawn!
Ritratt: Facebook/ St. John’s Co-Cathedral