Għaliex ktibna titlu hekk?
Għaliex propju juri li bħal ma hemm nies li jistennew il-Milied sena sħiħa, jew il-festa tar-raħal, hemm ukoll dawn li jistennew il-Ġimgħa Mqaddsa b’ħerqa kbira.
Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa jġib miegħu ħafna entużjażmu; mhux biss reliġjuż minħabba t-tifkira tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu imma wkoll entużjażmu kulturali, speċjalment f’dawk li għandhom kollezzjoni ta’ arti sagra, li jieħdu sehem fil-purċissjonijiet imma wkoll fl-artisti.
Din is-sena lkoll nafu li ma kinitx l-esperjenza tas-soltu għalkemm setgħet kienet Ġimgħa Mqaddsa aktar spiritwali u għenitna biex dħalna iżjed f’qoxortna. Il-Covid-19 waqqaf lid-dinja iżda mhux lil Brandon Caruana li matul dan iż-żmien ta’ din il-pandemija, beda biċċa xogħol mill-ifjen magħmula minn idu; beda sett ta’ vari għalih stess wara li anke jaħdem għal dawk li jitolbuh.
Araw xi ġmiel ta’ arti minn dan iż-żagħżugħ fejn għamel l-Ort tal-Ġetsemani; replika fuq dak ta’ Bormla. Kristu fih 9 pulzieri. Meravilja ta’ sengħa f’ulied pajjiżna.
Prosit tassew Brandon. Ninkoraġġuk li tkompli toħloq din is-sbuħija t’arti b’idejk!
Ritratt: Facebook/ Brandon Caruana