Talent impekkabbli!
Marija Vella tellgħet filmat tagħha ddoq il-pjanu, mużika l-ġmiel tagħha u li lilna naturalment li jiġbidlna l-attenzjoni ħabba n-natura tas-sit tagħna.
Fil-filmat, din it-tfajla qed iddoqq Bourrée Nr 2 mill-‘English suite number 1′ ta’ Bach. Kif tispjega tajjeb Marija, ‘suite’ hija kollezzjoni ta’ siltiet mużikali qosra li kienu jkunu forom ta’ żfin differenti. Dawn kienu jindaqqu waħda wara l-oħra.
Din is-siltà li qed issemmgħalna Marija hija siltà ta’ oriġini Franċiża. Prosit tassew Marija!
Ritratt: Facebook/ Marija Vella