L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Malta ħabbret fuq is-sit uffiċjali tagħha li l-Granmastru Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto miet kmieni fi sbieħ il-jum tal-lum l-Erbgħa 29 ta’ April 2020..
Dan kien it-80 Granmastru tal-Ordni u miet fl-età ta’ 75 sena wara li kien marid.
Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto twieled fid-9 ta’ Diċembru tal-1944 u kien iggradwat fil-letteratura u l-filosofija mill-Università ta’ La Sapienza f’Ruma fejn hem speċjalizza fl-arkeoloġija Kristjana u anke fl-istorja tal-arti.
Ingħaqad mal-Ordni fl-1985 bħala kavallieri tal-unur u d-devozzjoni u mbagħad ħa l-voti uffiċjali (kastità, ubbidjenaz u faqar) fl-1993.
Jibqa’ mfakkar għall-kwalitajiet umani u l-affezzjoni tiegħu lejn l-umanità kif ukoll il-manjiera eċċellenti li kellu.
Tajjeb infakkru li l-Granmastru Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto kien iltaqa’ mal-Eċċellenza tiegħu President ta’ Malta George Vella fi Frar li għadda. Issa jmiss li jilħaq il-81 Granmastru tal-Ordni; ordni li twieġeb direttament lill-Papa.
Nota: Din l-Ordni mas-snin ingħatat bosta titlti; L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, L-Ordni ta’ Rodi u Malta, L-Ordni Sovran Ospidaljier u hemm madwar 16-il isem b’kollox. Dan huwa raġunat peress li l-Ordni daret ukoll diversi mkejjen qabel u kellha t-taqlib tagħha.Minn meta l-Imperatur Karlu V ta’ Spanja ta Malta lill-Ordni, bdiet tissejjaħ L-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta. L-Ordni ħadet ħsieb tirreġistra madwar 16-il isem u anke emblemi differenti tagħha biex tipproteġi dan il-wirt tagħha.
Ritratt: http://www.orderofmalta.int/