Ħafna drabi Għawdex jitqies ma’ Malta imma jekk kellna noħduh bħala gżira għalih, li ġeografikament hekk hu, huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li attwalment kważi jinsab ħieles mill-Covid-19 b’każ wieħed irrapurtat illum mill-Professur Charmaine Gauci.
Iżda pajjiżi oħra li din id-darba mhux għax bilfors huma ħielsa imma li ma rrapurtawx każi tal-Covid-19 insibu: il-gżejjer Solomon viċin Papua New Guinea, Vanuatu, Samoa, Kiribati, Micronesia, Tonga, il-gżejjer Marsall Palau, Tuvalu u Nauru. Dawn ma rrapurtaw l-ebda każ tal-Covid-19 sa issa! Kollha jinsabu fl-Oċeanja; it-territorju marrittimu li jinkludi lill-Awstralja u 13-il pajjiż ieħor. (Fl-Awstralja nsibu 6,767 b’93 każ ta’ mwiet)
Il-Korea ta’ Fuq ukoll ma rrapurtat l-ebda każ. Dan jista’ jkun minħabba li qatgħet kull kuntatt minn maċ-Ċina sa minn Jannar li għadda. Iżda ħafna huma xettiċi dwar jekk dan kollu hux veritier għal bosta raġunijiet fosthom; gideb u piki, sistema ta’ saħħa batuta u anke nuqqas ta’ ‘swabbing’ (ittestjar taċ-ċittadini)
L-istess kien qed jingħad fuq ir-Russja minħabba li dan il-pajjiż beda jirreġistra tard in-numru ta’ pazjenti tal-Covid u b’hekk jinħoloq ċertu dubju. Dan jiġri dejjem minħabba n-natura tal-Gvern Russu li huwa dejjem imtappan bl-idea tas-segretezzi u dubji. Iżda la ma hemmx konfermi, qatt ma tista’ tafferma hux fatt jew le.
Din it-tabella turi l-attwalità tal-Covid-19 madwar id-dinja kollha:
Konfermati
3.28M
|
Li Rkupraw
1.02M
|
Li Mietu
234K
|
Din it-tabella turi l-attwalità f’Malta:
Konfermati
465
|
Li Rkupraw
351
|
Li Mietu
4
|
(Dan l-artiklu huwa miktub fuq riċerki ppublikati minn kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali fosthom: Euronews, CNN u The Diplomat)