Ilkoll irridu nilbsu l-maskli. Protezzjoni u attenzjoni. Għalina wara kollox. Imma issa Julianne Marie Brincat minn Kreattiva Designs ħasbet fina wkoll; speċjalment jekk tħobbu tkunu ftit bi stil Malti mwaħħad magħkom. Maskla ħelwa b’karatteristiċi Maltin li tinħasel wara li tużaħha.
Maskla li sservik għal ħafna żmien u anke tista’ tkun parti mil-istorja ta’ ħajtek għax la jgħaddi kollox, tħares lura u tgħid; “Kos dak iż-żmien, fis-sena 2020 esperjenzajna żmien differenti li qatt ma stennejna!”
Julianne ippreżentatilna 3 maskli l-ġmiel tagħhom: tnejn minnhom b’madum Malti u s-salib ta’ Malta u oħra bil-luzzu li huwa sinonimu mal-gżejjer tagħna!
Prosit tassew Julianne. Għal dawk li jixtiequ jixtru waħda, inħeġġukom tagħmlu kuntatt ma’ Julianne Marie Brincat permezz tal-paġna tagħha fuq facebook: Julianne Marie – Kreattiva designs
(Nota: Artiklu B’kollaborazzjoni)