Il-Karkariżi bħal-lum iqumu ferħana għaliex il-padruna ta’ raħal twelidhom toħroġ darba oħra qabel il-festa titulari f’Awissu. Iżda ferħana iżjed minn hekk, minħabba d-devozzjoni antika lejn is-Salib Imqaddes li sabet l-Imperatriċi Awgusta Sant’Elena.
Din hija festa antika li l-Knisja Rumana ilha tiċċelebra sa minn żmien il-qedem; festa propju ad unur is-sejba tar-relikwa qaddisa tas-Salib.
Din is-sena nħolqot paġna fuq facebook bl-isem ta’ Santu Kruċ b’differenza fejn il-poplu Karkariż qed ikun imħeġġeġ joħroġ fil-gallariji, jew tieqa u bjut ta’ darhom u jagħmlu atmosphera xorta waħda fid-9 ta’ filgħodu mal- ħin li suppost kellha toħroġ Santa Elena.
Insellmu lill-Karkariżi kollha minn qalbna!
Ritratt: Facebook/ Birkirkara Raħal Twelidna