Illum tħabbar li anke l-każini tal-baned li huma ferm importanti fl-istrata tal-kultura Maltija, ser ikunu qed jiġu mgħejjuna permezz tas-somma ta’ ftit iżjed minn €200,000 waqt il-Covid-19.
Dawn ser jingħataw mill-fond tal-Good Causes Fund wara li s-sitwazzjoni preżenti ġiet diskussa bejn is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo flimkien mal-Ministri Edward Scicluna u Josè Herrera min-naħa tal-Gvern u min-naħa l-oħra, l-Għaqda Każini tal-Banda.
Huwa fatt li bħal setturi oħra, il-kultura f’dan il-perjodu ntlaqtet sew mhux ħażin inkluż is-soċjetajiet tal-baned f’Malta u Għawdex; soċjetajiet li jagħtu tagħlim b’xejn ta’ mużika lil bosta studenti Maltin u jxerrdu l-kultura f’pajjiżna.
“Insostnu l-impenn tagħna sabiex ngħinu lill-għaqdiet kulturali ta’ pajjiżna”, temm jgħid l-Onorevoli Clayton Bartolo.
Prosit tassew għal din l-inizjattiva li se tagħti nifs lis-soċjetajiet kollha tal-baned f’pajjiżna.
Ritratt: Facebook/ St. Joseph Band – Għajnsielem