Superstizzjonijiet antiki
Ara naqra s-superstizzjoni kemm iġġiegħelek taħseb ħażin. Ilkoll nafu li l-mediċina fl-imgħoddi kienet aktar skarsa u jekk kien hemm, kienet ibbażata aktar fuq pjanti naturali. Madanakollu, dan ifisser li kien hemm mard bla kura għalih.
Dari, jekk tarbija kienet tkun marida u ma kinux ikunu jafu x’kellha, kien hemm min kien jhewden li t-tarbija tagħhom bidilielhom ix-xitan. Mur għidha llum din! Imma lanqas taqtgħu x’kienu jagħmlu?
Kienu jaqbdu lit-tarbija u jiġru biha lejn xtajta bir-ramel. Jidfnuha sa għonqha u jibdew igeġwġu koċċ talb li jfettlilhom. Dak kienu jagħmluh biex mingħalihom il-magħmul jitlaq minn fuq it-tarbija u kienu jmorru lura lejn darhom bit-tama.
Tarbija hekk kienu jsejħulha ‘il-mibdul‘. Ovvjament, jekk povra tarbija kienet tkun marida, marida kienet tibqa’ imma dan kollu juri n-nuqqas ta’ edukazzjoni u tagħlim fl-antik. Ma ttiehomx tort li kienu jippruvaw jagħmlu minn kollox!
Ritratt: Guido Lanfranco