Għalkemm Il-Festi Esterni Tħassru, Ser Jingħata Permess Jinħaraq Xogħol Pirotekniku…

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Nfurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li ser jingħata permess limitat biex jinħaraq xogħol pirotekniku fil-jiem li s-soltu tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-irħula u l-ibliet ta’ pajjiżna. Il-ġranet permessibbli ser ikunu: ✅ Lejliet u nhar il-festa filgħodu u f’nofsinhar. ✅ Lejliet il-festa fil-ħin ta’ tranżulazzjoni (għall-ħabta tas-6pm). ✅F’nhar…

Isimgħu Liż-Żabbari Fredu Abela ‘Il-Bamboċċu’

Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003. Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin…