Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Nfurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu li ser jingħata permess limitat biex jinħaraq xogħol pirotekniku fil-jiem li s-soltu tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-irħula u l-ibliet ta’ pajjiżna.
Il-ġranet permessibbli ser ikunu:
✅ Lejliet u nhar il-festa filgħodu u f’nofsinhar.
✅ Lejliet il-festa fil-ħin ta’ tranżulazzjoni (għall-ħabta tas-6pm).
✅F’nhar il-festa jingħata permess limitat għal ħarqa ta’ siegħa filgħaxija.
Madanakollu l-ebda permess mur ser jingħata għal-logħob tan-nar tal-art u jew inkella spettakli speċifiċi. Dan qed isir ukoll fid-dawl li bosta kmamar tan-nar ikunu diġà avvanzaw mhux ħażin fix-xogħol pirotekniku tagħha; anke minn meta tħabbar li l-festi esterni mhux se jsiru mill-Kurja.
Importanti dejjem li nobdu l-liġi xorta waħda. “Mhu se jkun ittolerat ebda ksur ta’ liġi”, kiteb l-Onorevoli Byron Camilleri.
Ritratt: Sit/ Soċjetà Santa Marijau Banda Re Ġorġ V,Mqabba