Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003.
Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin magħruf bħala ‘ir-Ruġel’.
Kien magħruf għall-ispirtu pront; jiġifieri jimprovizza dak il-ħin waqt id-daqq tal-kitarri kif ukoll għall-makjetti; stil ta’ għana komika fejn jingħaddu stejjer li jnisslu tbissima; aktarx fuq il-kunjata, fuq il-mara, fuq xi ħabib u stejjer simili oħra.
Jibqa’ magġruf ħafna għall-kanzunetti li għamel fosthom il-famuża ‘Taxi Mary‘.Minnha biegħ 10,000 kopja f’Malta u mal-20,000 kopja fl-Awstralja. Post li kien jiffrekwenta spiss u jkanta ġo fih kien il-Boċċi Club tal-Pietà u fil-fatt, kien l-aħħar post fejn kanta qabel miet.
Il-bust tiegħu jinsab fi-ġnien tal-Kunsill ta’ Ħaż-żabbar.
Ritratt: Fredu Abela Il-Bamboċċ/ Għanafest