Bosta drabi nisimgħu b’fondazzjonijiet lokali li jagħmlu avvenimenti jew proġetti li jħallu effett pozittiv lis-soċjetà Maltija. Bħalissa l-Fondazzjoni Marigold għaddejja bi proġett fejn qed jinħadmu maskri tad-drapp biex dak li jkun iżomm ruħu sigur waqt il-pandemija li qed tolqotna tal-Covid-19.
Iżda apparti dan l-iskop, hemm skop ieħor; li jinġabru fondi biex l-istess fondazzjoni tkun tista’ tgħin lil diversi NGO’s oħra fosthom lil Caritas, Special Olympics Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri ta’ tfal bl-Awtiżmu, Puttinu Cares Foundation, Richmond Foundation, ALS Foundation, id-Dar tal-Providenza, St. Joseph Home, Dar Nazareth, Karl Vella Foundation u tant għaqdiet oħra.
Għal dan il-għan, bosta ħajjata qed jagħtu daqqa t’id u jħitu l-maskri b’mod volontarju ta’ kuljum. Ordna l-maskra tiegħek u tkun qed tgħin lil dawn l-għaqdiet kollha li semmejna. Din hija tassew kawża ġusta.
(Din il-fondazzjoni ilha mwaqqfa 6 snin taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Michelle Muscat)