Għidut! Mela qabel xejn, ejjew nibdew minn din l-ewwel. Il-kelma ‘għidut‘ minnha nfisha tfisser li dak li jintqal mhux bilfors ikun veru. Mill-banda l-oħra hemm il-qawl Malti li jgħid ‘Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn!’
Darba il-Patri Dumnikan, Dr. Mark Montebello kien kiteb li Dimech kien jitkellem fuq diversi temi li kienu xi ftit kontroversali iżda waħda li baqgħet tissemma kienet meta qal li ‘Alla mhux Bambin’. Dr. Montebello saħaq li minn din il-frażi kien sar kjas sħiħ mill-għedewwa tiegħu; ovvjament biex ipenġuh ikrah mal-pubbliku.
Ikompli jgħid li l-avukat Herbert Ganado u Alessandru Bonnici kienu fost dawk li ħolqu l-ħrafa li madwar is-sena 1921, Dun Ġorġ Preca kien beda l-purċissjon tal-Bambin propju minħabba din l-espressjoni ta’ Dimech.
“Imma fil-fatt ma jeżisti ebda fundament storiku għal din il-ħrafa għajr il-fantasija popolari”, isostni Patri Montebello.
Xtaqna ntukom storja żgħira li forsi mhux dejjem nisimgħu u li jissemma Dun Ġorġ fiha għaliex ilkoll nafu u smajna kemm għamel ġid Dun Ġorġ f’ħajtu u tista’ tgħid għadu jagħmel sal-lum; bil-ħolqien tas-Soċjetà tal-MUSEUM.
Illum minn wirtmalta nsellmu lill-ewwel Qaddis Malti!
Ritratt: Dun Ġorġ Preca/ https://dungiljan.blogspot.com/
Ritratt Prinċipali: You tube/ Dimostrazzjoni bil-Bambina, Il-Ħamrun, 2016
Jekk l’ghidut huwa dokumentat , tajjeb li dawn id-dokumenti jigu imsemmija. Jekk l’ghidut gie ivvintat issa , ma jiswa xejn. X’hini il verita. Wirt Malta tafu?
ma ġiex ivvintat issa. Ktibna li din hija skont kitba li saret minn Patri Mark Montebello fejn anke aċċenna għall-avukat Herbert Ganado u anke Alessandro Bonnici (Bonniċi, Alexander (1981) Dun Ġorġ Preca : ħajja-xhieda-dokumenti : vol. II : l-inkjesta tal-Knisja (1916-1917), M.U.S.E.U.M.)