Din is-sena żgur li d-dilettanti tal-festi se jħossuhom xi ftit jew wisq strambi; Bla festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Imma jidher li l-għaqdiet diversi fil-lokalitajiet, sew jekk tal-baned, armar u oħrajn b’relazzjoni mal-festi tradizzjonali tagħna, qed jagħmlu ħilithom biex iżommu ruħhom attivi kif ukoll il-moral għoli ta’ bosta żgħażagħ li minn sena għall-oħra jistennew dan iż-żmien b’tant ħerqa.
Il-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin ippreżenta l-emblema l-ġdida tagħhom flimkien mal-motto li ntagħżel għall- anniversarju li qed jiċċelebraw ta’ 15-il sena mill-bidu tagħhom. Din l-emblema hija xogħol l-artist bravu Redrian Micallef filwaqt li l-istampa diġitali ġiet editjata minn Pierre Balzia.
Awguri lilkom u prosit li tibqgħu pożittivi f’mumenti bħal dawn. Dan huwa l-veru spirtu akkanit!
(Nota: Artiklu b’kollaborazzjoni)