Flimkien mal-Kumpanija Powerhouse, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo lbieraħ ħarġu b’inizjattiva li jinxtegħel il-Palazz ta’ Selmun fil-Mellieħa bil-kuluri tal-Qawsalla; kuluri li qed jintużaw matul il-pandemija tal-Covid-19.
Il-messaġġ mixtieq li jitwassal kien dak ta’ tama lill-poplu kollu, speċjalment lill-ommijiet kollha li qegħdin jissagrifikaw il-ħin ma’ uliedhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.
L-inizjattiva ġiet imsejħa ‘Light Up The Sky‘. Din is-sena hija sena differenti f’dik li hija ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Omm u li żgur ser iġġiegħena naħsbu ftit aktar dwar kemm huwa importanti li nagħtu valur lill-ħin li jkollna f’idejna mal-ġenituri tagħna, f’mumenti differenti.
(Nota: Artiklu B’kollaborazzjoni)