Żgur li xi darba jew oħra żortu l-kafetterija ta’ Elia fil-Ħamrun. Post li għadu bi stil tradizzjonali li jilqgħak; apparti t-tjubija tal-prodotti ġenwini li joffru u anke s-simpatija u l-karattri ferrieħa tal-familjari li jaħdmu fil-ħanut stess.
Illum tħabbar li ħalliena Elia.
Elia flimkien ma’ ħames ħutu oħra kabbru n-negozju ta’ missierhom li beda lura fl-1953, f’dak li lkoll nafu llum, tant li anke avvenimenti fuq skala kbira fosthom tieġijiet, huma komuni għal din il-kumpanija.
Nistgħu ngħidu li l-familja Borg Bonaci huma l-wirt Malti tas-sengħa Maltija tal-ħelu! Minn wirtmalta.mt nsellmu l-memorja ta’ Elia.
Ritratt: Facebook/ Elia Caterers