Kieku mil-lum tibda l-festa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien. Iżda minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19, ilkoll nafu li din is-sena l-festi esterni ġew imħassra. Il-Festa tal-Lunzjata f’Ħal Tarxien kellha tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Mejju.
Madanakollu, id-dilettanti Tarxiniżi ppruvaw iżommu l-ispirtu tal-festa u anke l-moral għoli billi ramaw xi armar mat-toroq tar-raħal sabiħ ta’ Ħal Tarxien.
Fuq il-paġna ta’ facebook Ħal Tarxien tal-Lunzjata, ittella’ post fejn intqal li ta’ kuljum ser jintwerew filmati ta’ festi passati skont il-ġurnata. Illum kieku jaħbat l-ewwel jum tan-novena.
Minn wirtmalta.mt nawguraw lit-Tarxiniżi kollha! Kuraġġ! Għad jasal żmien aħjar! Prosit tassew lilkom li xorta tibqgħu entużjasti.